Attivitajiet għax-Xhur ta’ Marzu – April 2014

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dawn l-attivitajiet tul ix-xhur ta’ Marzu u April 2014.
Is-Sibt 1 ta’ Marzu Fid-9:30am Jibda x-xogħol fuq il-Wirja Ġetsemani
It-Tlieta 4 ta’ Marzu Fis-7:00pm Laqgħa Kummissjoni Attivitajiet Soċjali
L-Erbgħa 5 ta’ Marzu Fl-10:00am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira
L-Erbgħa 12 ta’ Marzu Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Is-Sibt 15 ta’ Marzu Fid-9:00am Armar tal-Wirja Ġetsemani
L-Erbgħa 19 ta’ Marzu Festa Pubblika – San Ġużepp. Fid-9:00am Armar tal-Wirja Ġetsemani
It-Tnejn 31 ta’ Marzu Festa Nazzjonali – Jum il-Ħelsien
It-Tlieta 1 ta’ April Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ġimgħa 4 ta’ April Fis-7:00pm Laqgħa Spiritwali fil-Bitħa tal-Każin minn Fr.Martin Mamo OFM Cap
It-Tnejn 7 ta’ April Fl-10:00am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
Il-Ħamis 10 ta’ April Fis-7:30pm Ftuħ tal-Wirja Ġetsemani mill-Onorevoli Ministru Joe Mizzi u tberik mill-Arċipriet
Il-Ġimgħa 11 ta’ April Tifkira tad-Duluri t’Ommna Marija Santissma
Mill-Ġimgħa 11 ta’ April sal-Ġimgħa 18 ta’ April Wirja Ġetsemani fil-Każin
Il-Ħamis 17 ta’ April Tifkira mit-Twaqqif tal-Ewkaristija Ħamis ix-Xirka
Il-Ġimgħa 18 ta’ April Tifkira tal-Mewt tas-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu. Sehem tal-Banda San Lawrenz fil-Purċissjoni
Is-Sibt 19 ta’ April Fit-8:00am Żarmar tal-Wirja. Filgħaxija l-Funzjoni ta’ Sibt il-Għid u wara Riċeviment fil-Każin
Il-Ħadd 20 ta’ April Ħadd il-Għid – Sehem il-Banda San Lawrenz fil-Purċissjoni
Il-Ħadd 27 ta’ April Fl-10:00am Tberik tal-Każin
It-Tlieta 29 ta’ April Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali