BANDISTI ĠODDA MAL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ

 

 Fil-Festa ta’ din is-sena iddebuttaw mal-banda 2 bandisti ġodda. Prosit lil Loran Gauci u Elaine Balzan (Klarinetti).

Il-frott tal-ħidma fil-qasam tat-Tagħlim Mużikali, Vittoriosa Kids Music Centre, tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ikompli jinqata’, fejn iktar allievi huma mistennija jingħaqdu mal-Banda tal-Birgu fis-snin li ġejjin.