BIRGU SPRING CONCERT – IL-ĠIMGĦA 7 TA’ ĠUNJU 2019

 

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2019, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser ittella’ il-Birgu Spring Concert, il-Programm Annwali tas-Soċjeta`. Kif isir kull sena, dan il-Programm Mużikali hu għan-nies tal-Birgu, għalhekk ħa jsir ġol-Birgu, din id-darba fit-Torri ta’ San Ġwann, jew kif inhu magħruf l-iscouts.

Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tesegwixxi siltiet mużikali varji u oriġinali, fosthom kompożizzjoni tal-Bandist tal-Post Andrew Zarb, arranġament tas-Surmast Jonathan Abela, xogħolijiet ta’ Verdi, Whitney, Waldteufel, Moss fost l-oħrajn.

Id-Dħul għal dan il-Programm Mużikali hu b’xejn, u dawk li jattendu ser ikunu mistednin għal riċeviment żgħir qabel il-Programm. Serata mużikali mill-isbaħ li mhux ta’ min jitlef. Siġġijiet jistgħu jiġu riservati peremzz ta’ e-mail fuq info@stlawrencebandclub.com, kuntatt fuq il-paġna ta’ facebook jew SMS fuq 9949 7734.