Birgufest 2014

Pic ssss Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Belt Vittoriosa laqgħet eluf ta’ Maltin u turisti fl-okkażjoni ta’ edizzjoni oħra tal-Birgufest. Il-Palazz tas-Soċjeta’ tagħna kien miftuħ għall-pubbliku fejn kienu l-mijiet li żaru dan il-bini uniku li jsebbaħ il-Pjazza ewlenija ta’ Beltna. Fost dawn numru ta’ personalitajiet distinti fejn kif jidher fir-ritratt bi pjaċir kellna fostna lill-Eċċellenza Tagħha l-Ambaxxatriċi Amerikana f’Malta s-Sinjura Gina Abercrombie Winstanley. Il-Każin kien armat għall-okkażjoni fejn kien hemm ukoll numru ta’ wirjiet f’uħud mis-swali li hemm f’dan il-Palazz.