|
Bejn il-Ġimgħa 1 t’ Ottubru u it-Tnejn 4 t’ Ottubru, delegazzjoni mill-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz kienet fil-Belġju sabiex tiddiskuti u tiffinalizza l-ahhar preparamenti għaż-żjara tal-Banda li ser issir bejn il-11 u 18 ta’ Diċembru. Is-Sur Simon Farrugia, ko-ordinatur tal-iskambju, flimkien mas-Segretarju Bjorn Callus, kienu mpenjati f’diversi laqgħat mal-Kumitat tal-Philharmonie Royale Concordia kif ukoll mal-Ambaxxatur Malti għall-Belġju, l-Eċċ. Tiegħu Pierre Clive Agius. Din iż-żjara kienet waħda pożittiva ferm, fejn ġie ikkonfermat il-livell għoli tal-lukanda li ser tkun qed tospita l-banda, kif ukoll is-serjeta` u l-interess mill-partijiet konċernati dwar din iż-żjara. |