Dinner Dance tal-Milied fil-Coastline Hotel

Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ser torganizza Dinner Dance tal-Milied ġewwa l-Coastline Hotel. Dan sabiex tkompli t-tradizzjoni ta’ kull sena li tiġi organizzata ikla ġewwa lukanda ewlenija li żgur tinżel għasel ma’ kulħadd, speċjalment l-atmosfera familjari f’dawn il-jiem ta’ festi. Il-prezz għal din l-ikla buffet hu ta’ €25, li jinkludi wkoll Trasport mill-pjazza tal-Birgu għal min hu nteressat juża trasport. It-tluq minn quddiem il-każin ikun fis-7.30 pm. Kull min hu nteressat jingħaqad magħna għandu jikkuntattja lill-Kaxxier jew lill-Barman għall-Biljetti. Narawkom!