Edizzjoni oħra tal-Wirja ‘Ġetsemani’

Kristu fl-Ort tal-Getsemani Nhar il-Ħamis 10 t’April, 2014 ser isir il-ftuħ uffiċjali tal-Wirja ‘ Ġetsemani’ mill-Ministru Joe Mizzi. Din hija wirja oriġinali tal-passjoni li titratta diversi episodji bi statwi life size mill-Passjoni ta’ Sidtna Ġesu’ Kristu. Matul il-ġimgħa l-wirja tkun miftuħa bejn is-6pm u 9pm filwaqt li s-Sibtijiet, Ħdud u Festi tkun miftuħa wkoll bejn id-9am u 1pm. F’Ħamis ix-Xirka l-wirja tibqa miftuħa sa’ nofs il-lejl.