Is-Segretarju tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa qiegħed jilqa’ nomini għall-uffiċjali u membri tal-Kumitat Ċentrali għas-snin 2021-2022.
Dawn in-nomini għandhom jaslu għand is-Segretarju sa mhux aktar tard mill-Ħadd 23 ta’ Mejju, 2021. Importanti ħafna li kull nomina tkun ffirmata mill-kontestant, u tkun proposta u sekondata minn Bandist jew Membru Propjetarju, Bandist jew Membru.
Formoli ta’ nominazzjonijiet jistgħu jinġabru mingħand s-Sur Eugenio Pellicano jew mniżżla billi tagħfas fuq Nomina Kumitat 2021.