Festa Eċċezzjonali

Festa Eċċezzjonali – Reġgħet kienet Festa Kbira ddedikata lill-Patrun tal-Belt tagħna San Lawrenz fejn urejna u konfermajna kemm aħna waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna.

Kellna festa kbira minn kollox.  Armar, Nar, marċijiet, Knisja, Każin, Banda, Kunċert Mużikali mill-aqwa, Symphony of Lights u ħafna aktar.

Kburin li aħna l-festa tat-titular tal-Belt tagħna bħalma l-Banda Vittoriosana San Lawrenz hija l-banda tal-Birgu.

In-nies dilettanti li ġew iżuruna bl-eluf tagħhom mill-aħħar ta’ Lulju sal-10 t’Awwissu sabiex jaqsmu magħna l-ferħ tal-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz kollha kellhom kliem ta’ tifħir għal din il-Festa tant popolari. Għax wara kollox huma n-nies li jagħmlu l-Festa. Jekk tagħmel festa u ma’ jiġux nies ma’ tiswa xejn.

Kienet fuq kollox sena speċjali li fiha ċċelebrajna 75 anniversarju milll-miġja lura tal-istatwa titulari b’purċissjoni mill-Kolleġġjata ta’ Bormla. Issa nitfgħu ħarsitna lejn is-sena 2020 meta ser inkunu qegħdin niċċelebraw bil-kbir il-200 sena anniversarju mindu sirna Kolleġġjata.

VIVA SAN LAWRENZ, PATRUN TAL-BELT REBBIEĦA. VIVA L-EWWEL BANDA VITTORIOSANA