|
Nhar l-Erbgħa 1 t’Awwissu, is-Soċjeta` Mużikali ser tkompli tagħmel iktar attivitajiet fl-okkażjoni tal-Festi Speċjali tal-25 Sena Anniversarju tal-President. Fil-fatt, fis-7.30 pm ser tinfetaħ Wirja ġewwa l-każin marbuta mal-anniversarju tal-25 Sena President u tberik mill-Arċipriet. Wara tinkixef l-irħama l-ġdida tal-100 sena Banda u titbierek mill-Arċipriet. Imbgħad fit-8.15 pm jibda Red Lager Night ġewwa l-każin, bis-sehem ta’ DJ popolari Ronald Briffa. Is-serata tagħlaq b’ marċ brijuż mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li jibda fl-10.00 pm minn quddiem il-każin. Għaldaqstant il-partitarji kollha Palmiżi huma mħeġġa jingħaqdu magħna f’din il-ġurnata. |