Programm Vokali u Strumentali

Nhar il-Ħamis 2 t’Awwissu, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali fuq il-Planċier Artistiku tas-Soċjeta` f’Misraħ ir-Rebħa, Il-Birgu. Dan il-Programm ser ikun qed isir fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju minn meta s-Sur Lawrence V. Farrugia inħatar President tal-istess Soċjeta`. Fil-fatt, fit-8.00 pm jibda marċ minn Triq Pawlu Boffa bis-sehem ta’ diversi soċjetajiet mużikali Maltin, imbgħad fid-9.00 pm jibda l-Programm Vokali u Strumentali. Waqt dan il-Programm, ser tindaqq din il-mużika:

Innu Marċ San Lawrenz G. Frendo
Classic Overture President’s Jubilee P. Schembri
Tenor & Sopran The Prayer D. Foster
Soprano O Mio Babbino Caro G. Puccini
Overture The Merry Wives of Windsor O. Nicolai
Instrumental Daniel’s Lullaby D. Sammut
Choir Lombardi Prima Crociata G. Verdi
Choir Cavalleria Rusticana P. Masacagni
Duet & Choir Trvaiata – I Brindisi G. Verdi
Tenor & Choir Pomp & Circumstance E. Elgar
Tenor, Baritone & Choir Innu lil San Lawrenz H. H. Dalli
Innu Marċ Ċentinarju P. Schembri
Innu San Lawrenz L. Galea
Innu Banda San Lawrenz H. H. Dalli

Flimkien mal-Banda jieħu sehem il-kor Coro Bel Canto taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, is-Sopran Claire Caruana, it-Tenur Charles Vella Zarb u l-Baritonu Alfred Camilleri. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri.