Ikla tal-Festa għad-Dell tal-Kampnar

Nhar il-Ħamis 4 t’Awwissu sejra ssir Pasta Night b’risq il-Festa organizzata mill-entitajiet kollha tal-Festa, jiġifieri is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi, l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu u l-Grupp Armar tla-Knisja. Għal darb’oħra, din l-attivita` qed issir fuq l-għatba tal-Festa sabiex flimkien nkomplu niċċelebraw il-Festa ta’ San Lawrenz, patrun tal-Belt Vittoriosa. Il-prezz ta’ din il-Pasta Night hu ta’ € 8 li jinkludi wkoll tazza nbid. Biljetti jistgħu jinstabu mingħand il-membri tal-Kumitati tal-Għaqdiet.