Riċeviment tal-Festa

Diskors tal-President
Il-Ħamis 5 t’Awwissu, bħal ma jsir kull sena, sar ir-Riċeviment tal-Festa għall-persuni distinti, soċjetajiet, membri u benefatturi ġewwa is-swali prinċipali tal-Każin tal-Banda. Fost il-mistiedna distinti attendew il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, is-Sindku tal-Belt Vittoriosa John Boxall, il-Kavallier Residenti ġewwa l-Birgu Fra John E. Cretien u l-Imħallef Michael Mallia. Fost id-diskorsi li saru tal-okkażjoni, il-President tas-Soċjeta` is-Sur Lawrence V. Farrugia għamel rendikont żgħir tal-ħidma tas-Soċjeta` matul din is-sena u appella sabiex iktar persuni jersqu ‘il quddiem u jmiddu għonqhom fil-volontarjat, filwaqt li awgura il-Festa t-tajba lill-Vittoriosani kollha.
Minn naħa tiegħu, is-Sindku is-Sur John Boxall qal kif hu l-għan tal-Kunsill li l-Birgu ikun l-aqwa u semma’ kif irridu ninvestu fl-edukazzjoni, kif ukoll irrefera għall-proġett tar-restawrazzjoni tas-swar li għaddej fil-preżent. L-Onorevoli Prim Ministru tkellem dwar kif hu mportanti li nirrestawraw dak li writna mingħand missirijietna, sabiex dan il-wirt inżommmuh ħaj kemm jista’ jkun. Kompla jgħid li l-Festa hi opportunita` ukoll sabiex nirrestawraw il-valuri tagħna. Iktar ritratti ta’ din l-okkażjoni jidhru fis-sezzjoni Gallery fil-jiem li ġejjin.
Diskors tal-Prim Ministru