Launch tal-Website, Kxif tal-Irħam u Red Lager Night

L-attivita` li saret ġewwa l-każin l-Erbgħa 4 t’Awwissu kienet suċċess minn kull lat. U dan grazzi għal dawk li ogħġobhom jingħaqdu magħna f’din il-lejla. Fil-fatt, dan is-sit intlaqa’ tajjeb tista’ tgħid minn kulħadd, u dan jixhdu il-fatt li ammont kbir ta’ persuni li avviċinawna biex jgħidulna kemm qed isibu dan is-sit interessanti. Minn naħa tagħna nirringrazzjawkom u nħeġġukom tibqgħu issegwu l-aġġornamenti li ser ikunu qed isiru frekwenti ħafna.
Launch tal-Website
Kxif tal-Irħam mill-President tas-Soċjeta`
Pero` l-attivita` kompliet ukoll bil-kxif tal-irħam tal-Presidenti u is-Surmastrijiet – biċċa xogħol sabieħa ħafna ta’ Ronald Pisani. Dawn iż-żewġ irħamiet inkixfu mill-President is-sur Lawrence V. Farrugia u is-Surmast Mro. Paul Schmebri. Bla dubju ta’ xejn, dan il-proġett kompla sebbaħ l-intrata majestuża tal-Palazz tagħna.
Is-serata għalqet b’Red Lager Night ġewwa l-bitħa tal-każin, fejn numru sabiħ ta’ partitarji Palmiżi ingħaqdu magħna. Ħadu sehem diversi kantanti Maltin, pero` bla dubju ta’ xejn il-qofol intlaħaq bis-sehem tal-kantanti stabbiliti Ludwig Galea u il-Hooligan. Iktar Ritratti jidhru fis-sezzjoni Gallery filJiem li ġejjin.
Red Lager Party