|
Nhar il-Ħamis 23 t’Awwissu, il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ħa sehem fil-korteo organizzat għall-funeral tal-ex Prim Ministru Malti Dom Mintoff. Il-Kumitat tas-Soċjeta`, akkumpanjat bl-istandard tas-Soċjeta`, laqa’ lill-korteo f’Xatt ir-Risq ħdejn il-Monument tal-Ħelsien, fejn minn hemm il-korteo mexa sal-pjazza, u meta wasal quddiem il-Palazz tas-Soċjeta`, Bandisti tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz sellmu lil Dom Mintoff permezz ta’ daqq ta’ Fanfarra. |