Ġurnata Għawdex nhar il-Ħadd 3 ta’ Frar

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali’ fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ġurnata Għawdex nhar il-Ħadd 3 ta’ Frar, 2019. Il-private titlaq mill-Pjazza tal-Birgu fis-7.30am. Ser immorru l-quddies tal-10.30am f’San Lawrenz u wara ser inkunu qegħdin inżuru l-każin tal-Banda Ċittadina ‘Leone’. Wara ħin liberu r-Rabat immorru nieklu x-Xlendi u wara Marsalforn qabel ma’ naqbdu l-vapur lura għal Malta. Il-prezz huwa ta’ € 22 li jinkludi t-trasport kollu u l-Ikla ta’ nofs in-nhar. Importanti li taħsbu kmieni billi ċċemplu lil Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 u tirriservaw post.