IKLA FAMILJARI F’PALAZZO HUESCA – IS-SIBT 5 TA’ MARZU, 2022

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu, 2022 f’Palazzo Huesca mit-8pm il-quddiem.

L-ikel jikkonsisti f’Għaġin bħala starter u għażla minn Bragioli, Ħut jew Chicken Cacciatore bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza nbid.

Il-prezz ser ikun ta’ €15. Booking mingħand is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew xi membru tal-Kummissjoni.