IKLA FAMILJARI NHAR IS-SIBT 15 TA’ FRAR

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar is-Sibt 15 ta’ Frar, 2020 fis-Sala tal-Kunċerti mit-8pm il-quddiem.

L-ikel jikkonsisti f’Għaġin il-Forn bħala starter u għażla minn Qarabagħli mimli, Pulpetti tas-Salamun u Braġjoli bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza nbid.

Il-prezz ser ikun ta’ €15. Booking mingħand is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew xi membru tal-Kummissjoni.