Ikla tal-Karnival nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser torganizza ikla tal-Karnival ġewwa s-Sunny Bar & Restaurant fl-Imġarr. Il-Prezz ta’ din l-ikla hu ta’ € 20 għall-kbar u € 12 għaż-żgħar. It-Trasport, li hu nkluż f’dan il-prezz, jitlaq mill-Pjazza quddeim il-każin fis-7.15 pm. Kull min hu interessat li jiġi mħeġġeġ li javviċina lill-Oscar Adami jew inkella jirrikorri fil-Bar tal-Każin għand is-Sur Charles Boxall.