> |
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizza ikla ġewwa s-Sunny Bar & Restaurant fl-Imġarr fl-okkażjoni tal-Kanrival. Għal din l-ikla attendew numru sabiħ ta’ membri u sostenituri tal-każin. Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssieħbu magħna u ninsabu ċerti li kulħadd ħareġ sodisfatt. Il-Kumitat jixtieq ukoll ifakkar li fil-jiem li ġejjin ser ikun qed iħabbar iktar dettalji dwat il-Kunċert Annwali li ser isir fid-19 ta’ Marzu ġewwa Caraffa Exhibition Halls kif ukoll dwar l-attivitajiet fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. |