Fix-xahar ta’ Jannar 2024, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz kompliet timplimenta l-proġett ‘Insaħħu l-Patrimonju Mużikali Malti’ fejn ġew irrekordjati l-vuċijiet mal-Antifoni u l-mużika sagra ddedikati lil San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa. Permezz tal-konklużjoni tal-irrekordjar tal-vuċijiet, issa l-proġett jinsab lejn l-aħħar tiegħu u qed isiru l-preparamenti għat-tnehdija fi Frar 2024.
Dan il-proġett qed isirr permezz tal-Proġett VOPS 2023, mmexxi mill-Malta Council for the Voluntary Sector, f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.