|
Nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar, 2015 il-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ikun qiegħed iħabbar b’mod uffiċjali l-ħatra tas-Surmast il-ġdid. Dan wara li matul dawn l-aħħar xhur sar il-proċess sabiex jintgħażel is-Surmast il-ġdid wara li s-Surmast attwali Paul Schembri ddeċieda li jirtira wara 35 sena servizz. Il-proċess kien jinvolvi l-ewwel parti f’intervista mal-applikanti kollha li kienu b’kollox tnax u mbagħad l-audition li saret il-ġimgħa li għaddiet bejn sitt finalisti. Il-Bord tal-għażla ltaqa matul din il-ġimgħa sabiex jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu u issa għadda r-rakkomandazzjoni lill-Kumitat Ċentrali. |