Il-Banda fi Sqallija – L-ewwel Ġurnata

 

L-ewwel ġurnata tal-mawra tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz fi Sqallija bdiet billi  kmieni filgħodu l-grupp mar fuq l-Etna u gawda l-panorami sbieħ  li toffri din il-muntanja li kienet miksija bis-silġ. Wara l-pranzu kien hemm mawra fiċ-ċentru ta’ Catania filwaqt li filgħaxija l-grupp mar f’Viagrande sabiex kien preżenti għall-mixgħe la tad-dawl sinkronizzat man-nar. Illum, it-tieni ġurnata tal-mawra , wara nofs in-nhar il-Banda tal-Birgu sejra tagħmelmarċ f’Viagrande li jibda fl-4pm.