Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz bil-Programm Annwali fil-Forti Sant’Anġlu

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ittella’ l-Programm Annwali tagħha nhar il-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, 2018 fil-Forti Sant’Anġlu, Belt Vittoriosa. Dan il-Programm ser ifakkar ukoll il-135 sena mit-twaqqif tal-Ewwel Banda Vittoriosana. Il-Banda ser tesegwixxi diversi siltiet ta’ mużika impenjattiva fosthom Sedona, Saint Angelo, Nabucco, Leħen Rebbieħ, Emperor Waltz, Air for Band, Back to the future u Mary Poppins. Il-Programm ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u jibda fit-8pm. Dħul huwa mingħajr ħlas iżda huwa importanti li tirriserva post billi ċċempel 9949 7734 jew fuq info@stlawrencebandclub.com