IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’KUNĊERTI TAL-MILIED

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed ittella’ żewġ kunċerti tal-Milied bis-sehem tal-bandisti tal-post u ħafna allievi tas-Soċjetà.

L-ewwel kunċert ser isir nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru 2021, fid-9.30pm fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa bħala parti mill-attività Birgu by Christmas Lights mtella’ mill-Kunsill Lokali Birgu.

It-tieni kunċert ser isir lejlet il-Milied, nhar l-24 ta’ Diċembru 2021 fis-6.45pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz.