Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu fl-Estate tal-Ħawli

Kappella Hawli td>

Għada l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, 2016 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu li ssir fl-Estate tal-Ħawli, il-Birgu. Il-Banda tibda Marċ qasir minn quddiem id-daħla prinċipali tal-Kulleġġ De La Salle biex imbagħad tilqa s-Sagrament waqt il-ħruġ tal-proċessjoni u takkumpanja sad-dħul lura fil-Kappella.