IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ FIL-MALTA SPRING MUSIC FESTIVAL

 

Is-Sibt 13 ta’ Mejju 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ipparteċipat fil-Malta Spring Music Festival bid-daqq ta’ marċi fit-toroq tal-Belt Valletta flimkien ma’ seba’ gruppi oħra ta’ baned, Scouts u folk groups minn madwar l-Ewropa. Dan l-avveniment kien imtella’ minn Leon Promotions Malta flimkien ma’ Euro Art Productions tal-Italja u b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.