IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ F’JUM IL-ĠIMGĦA L-KBIRA

 

 

 
Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz, kif ilha tagħmel sa mit-twaqqif tagħha f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira, ser tibda programm ta’ marċi funebri fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa fis-6.30pm. Wara tkompli takkumpanja l-purċissjoni quddiem il-Vara l-Kbira sad-dħul tagħha fil-Parroċċa. Il-Banda tkun taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela.