Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz f’Natale al Collachio

Nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru, 2018  l-Allievi u l-Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Banda San Ġużepp, Kalkara  ser itellgħu Programm Mużikali għal dawn iż-żminijiet tal-Milied. Dan il-Programm ser ikun parti mill-attivita’  Natale al Collachio u jibda fit-7.45pm. Il-Banda ser tkun  taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.