Bejn il-Ħadd 23 t’April u l-Erbgħa 26 t’ April 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel is-6 mawra tagħha barra minn xtutna, din id-darba ġewwa Ruma. Il-Banda ser tkun qed tagħmel programmi u marċi f’diversi postijiet marbutin mal-Patrun tagħna San Lawrenz flimkien mal-Grupp tal-Knisja fil-Ġita Lawrenzjana.
Għal iktar informazzjoni jista’ jintbgħat messaġġ fuq din il-paġna jew fuq 99428597.