Il-Bandisti u l-Allievi bi Programm tal-Milied organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ

 

AZGħada s-Sibt 3 ta’ Diċembru, 2016 il-Bandisti u Allievi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser ikunu qed jieħdu sehem fil-Christmas Village organizzat mill-Aġenżija Żgħażagħ. Il-Banda li ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ser tkun qed iddoqq għanjiet tal-Milied fejn għall-ewwel darba ser jingħaqdu wkoll l-istudenti tal-Percussion Class. Bħala parti mill-ftehim ta’ kollaborazzjoni li hemm mal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara ser jingħaqdu mal-Banda wkoll allievi ta’ din is-Soċjeta. Il-programm ser isir f’Santa Venera u jibda fl-10.30am. Id-dħul huwa mingħajr ħlas.