Il-Party tal-Milied 2016

20161228_211040

Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Diċembru, 2016 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat il-Party tal-Milied fejn numru sabiħ ta’ bandisti, membri u ammiraturi tal-Banda attendew għal din l-attivita’. Fir-riċeviment li sar fis-Swali Prinċipali ta’ Palazzo Huesca, f’diskors tal-okkażjoni l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia filwaqt li ta ħarsa lejn il-ħidma kbira li saret matul din is-sena 2016 aċċenna wkoll għall-Programm ta’ ħidma u diversi proġetti li għandu quddiemu l-Kumitat għas-sena 2017. Semma wkoll li huwa pjaċir għalih li aktar żgħażagħ resqu lejn il-Kumitat matul dawn l-aħħar fejn ħa wkoll l-okkażjoni biex iħeġġeġ aktar partiċipazzjoni fl-elezzjonijiet li ser isiru f’Jannar għall-Kumitat 2017/2018.