Illum il-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz fl-Isla


Illum il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru, 2017 Festa Nazzjonali Jum il-Vitorja, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel marċ  fl-Isla fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Maria Bambina fil-Belt Sengleana.  Is-servizz jibda fis-7.30 pm  fejn wara li tagħmel marċ qasir il-Banda takkumpanja lill-istatwa titulari ta’ Maria Bambina bid-daqq tal-Innijiet sad-dħul tagħha fil-Knisja.