Illum jum l-10 t’Awwissu. Il-ġurnata li fiha niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa, San Lawrenz Levita u Martri. L-isbaħ Jum għal min hu Vittoriosan ta’ vera. Dalgħodu fid-930am Pontifikal Solenni fil-Knisja Kolleġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz u wara Ikla tal-Festa fid-Don Berto Restaurant fil-Vittoriosa Waterfront. Illejla marċi u programmi mill-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta, il-Banda Anici ta’ Ħal-Qormi u l-Banda San Girgor ta’ tas-Sliema. Fis-715pm toħroġ il-proċessjoni bl-istatwa titulari ta’ San Lawrenz fejn din tidħol lura fil-Knisja fil-11pm fl-isfond tad-daqq tal-Antifona tal-Kanonku Luigi Fenech. F’isem il-President u l-Membri tal-Kumitat nawguraw lil-kulħadd il-Festa t-Tajba. VIVA SAN LAWRENZ, MISSIER IL-BELT REBBIEĦA U L-KOTTONERA