IMUT LORRY FARRUGIA – EX-PRESIDENT U PRESIDENT ONORARJU TAS-SOĊJETÀ

B’sogħba kbira, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa issellem il-memorja tas-Sur Lawrence V. Farrugia, ex-President tas-Soċjetà għall-32 sena u President Onorarju.
Il-President u l-Kumitat, flimkien mal-membri u l-bandisti jingħaqdu f’dan il-mument diffiċli mal-familja u jagħtu l-kondoljanzi, speċjalment lis-Segretarju is-Sur Simon Farrugia, iben Lorry.
Il-Birgu llum tilef wieħed minn uliedu. Tilef persuna devota ta’ San Lawrenz, persuna li ħadmet bil-qalb għall-festa tant għażiża għalina.
Strieħ fis-Sliem Lorry, u Grazzi ta’ kollox!