Inawgurata s-Sala tal-Arkivju Kan. Luigi Fenech

Nhar il-Erbgħa l-1 t’Awwissu, 2018 ġiet mill-ġdid  inawgurata s-Sala tal-Arkivju wara r-restawr kbir li sar fiha. Din is-Sala li ġiet imsemmija għall-Kanonku Luigi Fenech għaddiet minn restawr estensiv fejn sar wall paper ġdid, il-vetrini ġew restawrati kollha, il-folders li jżommu l-mużika nksew kollha mill-ġdid filwaqt li l-bankun issa huwa komplut bl-iskultura u l-indurata. Tassew ġawhra imprezzabbli fejn mid-diversi proġetti li saru matul din is-sena dan kien l-ewlieni fosthom.