|
Il-bieraħ fis-swali prinċipali tal-Palazz tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sar ir-riċeviment tal-Festa. Fost il-mistednin distinti diversi Ministri, Segretarji Parlamentari, Membri Parlamentari, il-Viċi Sindku, l-Wisq Rev. Arċipriet il-Kanonku Joe Cilia, l-Għaqdiet tal-Birgu, Bandisti, Membri u benefatturi tas-Soċjeta’. Fid-diskors tal-okkażjoni l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia filwaqt li elenka diversi kisbiet li saru matul din is-sena mill-Każin tal-Banda awgura Festa oħra kbira kif jixraq ad unur il-Padrun tal-Belt Vittoriosa u tas-Soċjeta’ San Lawrenz. |