Isiru l-Ewwel Intervisti għall-Kariga ta’ Surmast Direttur

Nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru saru l-ewwel intervisti mal-persuni li applikaw għall-post ta’ Surmast Direttur mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fil-fatt il-board iltaqa’ mal-applikanti kollha biex issa wara li ssir evalwazzjoni jgħaddi għat-tieni parti li ser tkun audition ta’ dawk li jkunu għaddew mill-ewwel parti. Din mistennija li ssir lejn nofs Jannar biex lejn l-aħħar tal-istess xahar ikun magħruf min ser ikun is-Surmast Direttur tal-Banda għas-snin li ġejjin.