Joseph Scicluna – Ġieħ il-Birgu 2011

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa tifraħ u tawgura lis-Sur Joseph Scicluna għar-rebħ tal-unur Ġieħ il-Birgu. Joseph Scicluna li hu wkoll President Onorarju u Membru Propjetarju tas-Soċjeta` ingħata dan l-unur fiċ-ċeremonja li saret biex tikkommemora Jum il-Birgu li saret nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru. M’hemmx dubju li s-Sur Scicluna ħaqqu jirbaħ dan l-unur, għax hu wieħed mill-benefatturi l-kbar tal-għaqdiet tal-Festa ta’ San Lawrenz kif ukoll l-għaqdiet sportivi tal-Birgu. Awguri!