Kompetizzjoni tas-Snooker

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tas-Snooker ġewwa is-Sala tal-Billiard tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz. Din il-Finali li ntlagħbet fuq 7 frames, intrebħet minn Walter Attard li rebaħ 4-2 lill-Nazzareno Spiteri. F’Finali pjuttost kumbattuta fejn wara li fetaħ vantaġġ ta’ 3 Frames, Walter Attard ra lill-Nazzareno Spiteri jirbaħ 2 frames biex il-logħba infetħet beraħ, sakemm fl-aħħar Walter Attard rebaħ ir-4 Frame biex b’hekk assigura mir-rebħa. Din il-kompetizzjoni fuq bażi Knock Out bdiet fid-9 ta’ Novembru 2010 u kellha parteċipazzjoni ta’ 28 ruħ. Wara li spiċċat il-Finali, saru l-preżentazzjonijiet fejn ingħata trofew lill-parteċipant bl-ogħla Break li kien Emmanuel Degiorgio, lill-parteċipant li kklassifika fit-Tieni Post Nazzareno Spiteri u lir-Rebbieħ Walter Attard. Wara din il-preżentazzjoni segwa Riċeviment żgħir għall-parteċipanti u Membri tal-Kumitat.