L-ANTIVIĠILJA TA’ SAN LAWRENZ

Nhar il-Ħadd 8 t’Awwissu 2021 mit-8:30pm ‘il quddiem.

Attività bil-qegħda ġewwa l-Pjazza tal-Belt Vittoriosa bis-sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Donazzjoni ta’ €5 li tinkludi dħul u żewġ tokens li jissarfu f’xorb.

Biljetti jistgħu jinkisbu mingħand il-membri tal-entitajiet tal-Festa (Kumitati Tal-Festa / Tal-Banda / Tan-Nar / Taż-Żgħażagħ).

Fiż-żona tal-attività jistgħu jidħlu biss nies bil-biljett u biċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Din l-attività qed tiġi organizzata b’osservazzjoni stretta tal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.