L-EWWEL ERBGĦA TA’ SAN LAWRENZ

 

L-Għaqdiet kollha tal-Festa, jiġifieri is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu u s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi, flimkien mal-Arċipriet u l-Kapitlu tal-Knisja Kolleġġjata, Konventwali u Parrokkjali ta’ San Lawrenz, ħejjew Programm t’Attivitajiet għall-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz.

Wara l-Mota tal-Erbgħat, it-Tlieta 24 ta’ Mejju ser isir Marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz mit-8pm fejn ser takkumpanja lill-istatwa ta’ San Lawrenz Jagħti d-Dawl lill-Għomja. Wara l-marċ isir Red Gathering f’Palazzo Huesca.

L-Erbgħa 25 ta’ Mejju 2022, fil-5.30pm isir Għasar Kapitulari u fis-6.00pm issegwi Quddiesa Solenni. Wara l-Quddies issir Barka u titkanta l-Antifona, fil-waqt li ssir purċissjoni fil-Knisja bl-istatwa Titulari ta’ San Lawrenz li tasal sal-bieb taz-zuntier, akkumpanjata mid-daqq tal-Innijiet tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fit-8.00pm mbgħad ser issir ikla fil-Pjazza organizzata mill-entitajiet kollha.