L-aħħar Ikla ta’qabel il-Festa kienet suċċess kbir fejn in-numru kbir ta’partitarji li attendew ħarġu sodisfatti ħafna kemm bl-organizazzjoni u fuq kollox bil-kwalita’ ta’ ikel. Matul is-sena li għaddiet il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ppreseduta minn Eugenio Pellicano b’kordinazzjoni mal-Viċi President Noel Gauci u s-Segretarju Simon Farrugia ħadmet ħafna fejn l-attendenza tan-nies żdiedet b’mod konsiderevoli għal dawn l-attivitajiet. Prosit lil kull min kien ta’ għajnuna b’mod partikolari lill-kok Brian Cassar li jieħu ħsieb it-tisjir b’mod professjonali.