L-Ispeaker iżur ‘Palazzo Huesca’

speaker-1

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għamel żjara ta’ kortesija fil-Belt Vittoriosa fejn fost l-oħrajn żar Palazzo Huesca. Akkumpanjat mis-Sindku s-Sur John Boxall u membri tal-Kunsill Lokali, l-Onorevoli Farrugia ġie mdawwar ma’ dan il-Palazz uniku fejn f’diskors qasir faħħar l-impenn tal-Kumitat għal kif huwa miżmum dan il-Palazz, ix-xogħol li qed isir fit-tagħlim mużikali kif ukoll li l-Każin tal-Banda huwa ċ-ċentru tal-attivita’ tal-Birgu. Il-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia ppreżenta ktieb tal-istorja tas-Soċjeta’ fejn irringrazzja lill-Onorevoli Speaker tal-ħidma tiegħu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kif ukoll tal-impenn tiegħu fil-komunita.’