Marċ fenomenali tal-Antivigilja

Marċ fenomenali l-bieraħ filgħaxija madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li akkumpanjat l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja sa’ fuq il-kolonna.

Bħas-soltu l-Belt Rebbieħa kien miżgħuda bin-nies fejn il-partitarji Palmiżi għamlu briju kbir li laħaq il-qofol tiegħu fi Triq il-Mina l-Kbira u hekk kif l-istatwa ttellgħet fuq il-kolonna bid-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz.

Ġurnata oħra memorabbli fejn kienet konferma oħra ta’ kemm il-Festa tagħna hija b’saħħitha minn kull aspett.