Nifirħu lil Lawrence Renes

Il-President u l-Membri tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa jifirħu lill-Membru tas-Soċjetà Lawrence Renes li ġie appuntat mill-Gvern Malti bħala Ambaxxatur tal-Kultura. Huwa ta’ unur għalina li membru tagħna jingħata rikonoxximent bħal dan u jsir membru tal-Korp Diplomatiku.

Minkejja li Lawrence għex għall-parti kbira ta’ ħajtu barra minn pajjiżna xorta waħda jħossu kburi li huwa Malti u fuq kollox Vittoriosan.