Programm Mużikali tal-Milied mill-Allievi u Bandisti

programm-milied

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru, 2016  filgħodu l-Allievi u Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara tellgħu Programm Mużikali tal-Milied fil-Kalkara. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp il-Programm kien kostrett li jsir fil-Każin tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp.  Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Francois Borg  fejn din daqqet diversi  għanjiet tal-Milied .