Nhar il-Erbgħa 3 ta’ Frar, 2016 fl-uffiċċju ta’ Dar l-Ewropa fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-fondi mill-iskema tas-SIS ( Small Initiative Scheme). Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ibbenefikat minn din l-iskema permezz tal-proġett ‘Reaching out further’ fejn sejrin inkunu qegħdin nagħmlu s-sit elettroniku bilingual, fejn flimkien mal-lingwa Maltija tkun tista tara l-istess sit bl-Ingliż kif ukoll l-istess sit ser jingħata dehra kompletament ġdida. Fir-ritratt jidher is-Segretarju s-Sur Simon Farrugia jirċievi l-kuntratt ta’ dan il-proġett mingħand il-Ministru Helena Dalli.