‘Red Party’ fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa

 

 

 

Nhar l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz,  24 ta’ Mejju, 2017 ser jiġi organizzat Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Kulħadd huwa mistieden sabiex nibdew flimkien niċċelebraw il-ftuħ tal-Festa 2017. Prezz: €5 li jinkludi welcome drink u finger food. Għal aktar dettalji u biex tibbukkja post għamel kuntatt ma’ Eugenio Pellicano, Noel Gauci, Adrian Saliba jew mill-bar tal-każin. Importanti li taħsbu kmieni sabiex  ma toħorġux diżappuntati.