‘Festa kompluta’ – dawk huma l-kliem li jiddeskrivu bihom nies dilettanti li mhumiex mill-Birgu u jiġu bl-eluf fl-ewwel ġranet t’Awwissu sabiex jaqsmu magħna l-ferħ tal-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz. U hekk reġgħet kienet din is-sena l-Festa tagħna fejn urejna kemm aħna l-aqwa festa fil-Kottonera u waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna. Għax mhux billi tgħid li int l-aqwa għax dan trid turih bil-provi. U aħna l-Palmiżi hekk dejjem għamilna, hekk qed nagħmlu u hekk sejrin nibqgħu nagħmlu. Kburin li aħna l-festa tat-titular tal-Belt tagħna bħalma l-Banda Vittoriosana San Lawrenz hija l-banda tal-Birgu sa mit-twaqqif tagħha 133 sena ilu. Kellna festa kbira minn kollox. Armar, Nar, marċijiet, Knisja, Każin, Banda, Kunċert Mużikali mill-aqwa, Laser Show u ħafna aktar. U fuq kollox festa tan-nies għax in-nies tagħmel il-festa. Insomma ‘Festa Kompluta’ li regħhet ikkonfermat il-qawwa Palmiża. Prosit, grazzi lil kulħadd u minn issa bdiet il-ħidma għall-Festa 2017. VIVA SAN LAWRENZ, PATRUN TAL-BELT VITTORIOSA